15.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 448/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ Settembre 2014 – Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute vs Doc Generici srl
(Kawża C-452/14)
(2014/C 448/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute
Konvenut: Doc Generici srl
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 3(2)(a) tat-test fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95, tal-10 ta’ Frar 1995 (1), dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali għandu jiġi interpretat fis-sens li, għal varjazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tat-tip I – iktar speċifikament, fil-kawża prinċipali, varjazzjoni tat-tip IA – meta l-kwistjoni tkun tittratta dwar varjazzjonijiet identiċi li jirrigwardaw diversi awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq fil-pussess tal-istess detentur, għandha titħallas miżata waħda biss, fl-ammont previst f’dan ir-regolament, jew inkella miżata għal kull awtorizzazzjoni kkonċernata mill-varjazzjoni?
2)
Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-qorti adita għandha l-possibbiltà li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja jew inkella, kif fil-fatt tqis il-qorti adita, l-obbligu li tagħmel dan?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95, tal-10 ta’ Frar 1995, dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy