15.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 448/10
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 minn H mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-271/10, H vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina
(Kawża C-455/14 P)
(2014/C 448/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: H (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
—
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-271/10 H vs Il-Kunsill, Il-Kummissjoni u l-“EUPM”, sa fejn jiċħad ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Persunal tal-EUPM, li biha r-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid għall-post ta’ “Criminal Justice Adviser – Prosecutor” mal-Uffiċċju Reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina) u, jekk ikun meħtieġ, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Missjoni msemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK, tat-8 ta’ Diċembru 2009, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) (1), u t-tieni nett, talba għad-danni;
—
tirreferi lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;
—
tordna lill-konvenut fl-ewwel istanza jbati l-ispejjeż tal-kawża.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq l-aggravji segwenti:
—
Ksur tad-dritt tad-difiża
—
Ksur tal-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura
—
Żball ta’ liġi
—
Ksur tal-liġi Ewropea
(1) ĠU L 322, p. 22
Full & Egal Universal Law Academy