8.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 439/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha (Spanja) fit-2 ta’ Ottubru 2014 – Manuel Orrego Arias vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real
(Kawża C-456/14)
(2014/C 439/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Manuel Orrego Arias
Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real
Domanda preliminari
Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE (1), tat-28 ta’ Mejju 2001, u b’mod partikolari d-domanda segwenti:
L-espressjoni “offiża [ksur] kkastigata b’piena li tinvolvi iċ-ċaħda tal-libertà ta’ mill-inqas sena” li tinsab f’din id-dispożizzjoni, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għall-piena li hija teorikament prevista għar-reat ikkonċernat jew, għall-kuntrarju, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għall-piena ta’ priġunerija imposta fil-prattika fuq il-persuna kkundannata u, għaldaqstant, fis-sens li l-Istati Membri l-oħra jkunu marbuta jew le jirrikonoxxu d-deċiżjoni meħuda minn Stat Membru ta’ tneħħija ta’ ċittadin ta’ Stat terz ikkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ tmien xhur?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi
(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 107).
Full & Egal Universal Law Academy