15.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 448/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Chiara Baldo
(Kawża C-467/14)
(2014/C 448/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bergamo
Parti fil-kawża prinċipali
Chiara Baldo
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti li tikkonċerna konċessjonijiet ta’ tul iqsar għal dawk maħruġa fil-passat?
2)
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament temporali tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet ikun jikkostitwixxi ġustifikazzjoni xierqa għal tul tal-konċessjonijiet suġġetti għas-sejħa għal offerti li jkun iqsar meta mqabbel mat-tul tal-konċessjonijiet mogħtija fil-passat?
3)
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment b’titolu mhux oneruż l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma fi proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tal-attività minħabba skadenza tat-tul tal-konċessjoni jew minħabba l-effett ta’ deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?
Full & Egal Universal Law Academy