22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Salerno (l-Italja) fl-20 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Cristiano Pontillo
(Kawża C-474/14)
(2014/C 462/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Salerno
Parti fil-kawża prinċipali
Cristiano Pontillo
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. tat-TFUE, hekk kif interpretati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16/02/2012 Nru 72 [fil-kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li ssir sejħa għal offerti għal konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dawk li ngħataw fil-passat, meta l-imsemmija sejħa għal offerti saret bil-għan iddikjarat li jingħata rimedju għall-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illeġittimità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi mis-sejħiet għal offerti preċedenti?
2)
L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. tat-TFUE, hekk kif interpretati mill-imsemmija sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata ta’ tul tal-konċessjonijiet inkwistjoni f’sejħa għal offerti mnaqqsa meta mqabbla ma’ dik tal-konċessjonijiet attribwiti fil-passat?
3)
L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. tat-TFUE, hekk kif interpretati mill-imsemmija sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment b’titolu mhux oneruż tal-użu tal-beni materjali u immaterjali fi proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tan-negozju minħabba l-iskadenza tat-terminu finali tal-konċessjoni jew b’effett ta’ deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?
Full & Egal Universal Law Academy