12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Cagliari (l-Italja) fis-27 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Roberto Siddu
(Kawża C-478/14)
(2015/C 007/22)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Cagliari
Parti fil-kawża prinċipali
Roberto Siddu
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, kif ukoll il-prinċipji kkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012 [Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li konċessjonijiet li t-tul tagħhom huwa iqsar minn dak ta’ konċessjonijiet mogħtija preċedentement ikunu s-suġġett ta’ sejħa għal offerti, fejn l-imsemmija sejħa għal offerti hija organizzata sabiex tirrimedja għall-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi mis-sejħiet għal offerti?
2)
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, kif ukoll il-prinċipji kkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012 [Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-eżiġenza ta’ riorganizzazjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet tikkostitwixxi ġustifikazzjoni kawżali xierqa ta’ tul imnaqqas tal-konċessjonijiet li huma s-suġġett tas-sejħa għal offerti meta mqabbel mat-tul tal-konċessjonijiet mogħtija fil-passat?
Full & Egal Universal Law Academy