2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2014 – Freistaat Bayern vs Verlag Esterbauer GmbH
(Kawża C-490/14)
(2015/C 034/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Freistaat Bayern
Konvenuta: Verlag Esterbauer GmbH
Domanda preliminari
Fl-ambitu tat-tweġiba għall-kwistjoni ta’ jekk teżistix kollezzjoni ta’ materjali indipendenti fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE (1), peress li l-materjali jistgħu jiġu sseparati minn xulxin mingħajr ma jiġi affettwat il-valur informattiv tagħhom, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni kull valur informattiv prevedibbli jew biss il-valur li għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-iskop tal-kollezzjoni u billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-aġir tal-utent li jirriżulta b’mod ġenerali?
(1) Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459.
Full & Egal Universal Law Academy