26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Novembru 2014 – Rossa dels Vents Assessoria S.L. vs U Hostels Albergues Juveniles S.L.
(Kawża C-491/14)
(2015/C 026/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 3 Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rossa dels Vents Assessoria S.L.
Konvenuta: U Hostels Albergues Juveniles S.L.
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt esklużiv tal-proprjetarju ta’ trade mark li jimpedixxi lil terzi persuni milli jużaw fl-eżerċizzju tal-kummerċ sinjali identiċi jew li jixxiebhu għat-trade mark tiegħu jestendi għal terza persuna proprjetarja ta’ trade mark posterjuri, mingħajr ma jkun neċessarju li l-invalidità ta’ din tal-aħħar tkun iddikkjarata minn qabel?
(1) ĠU L 299, p. 25
Full & Egal Universal Law Academy