9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht – Außenstelle Linz (L-Awstrija) fis-6 ta’ Novembru 2014 – Dilly’s Wellnesshotel GmbH
(Kawża C-493/14)
(2015/C 046/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht – Außenstelle Linz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dilly’s Wellnesshotel GmbH
Konvenut: Finanzamt Linz
Domandi preliminari
1)
Huwa kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni li leġiżlazzjoni fil-qasam tal-għajnuna tibbenefika mill-proċedura speċjali prevista fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008 (1) [iktar ’il quddiem ir-“Regolament”] sabiex tkun eżentata mill-obbligu ta’ notifika taħt l-Artikolu 108(3) TFUE, meta ma jkunux issodisfatti diversi obbligi previsti fil-Kapitolu I tar-Regolament u meta barra minn hekk ma jsir ebda riferiment għal dan ir-regolament?
2)
Huwa kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni li leġiżlazzjoni fil-qasam tal-għajnuna tkun ibbażata fuq il-proċedura speċjali prevista fl-Artikolu 25 tar-Regolament, applikabbli għall-għajnuna favur il-protezzjoni tal-ambjent, meta ma jkunux issodisfatti l-obbligi previsti fil-Kapitolu II ta’ dan r-regolament – jiġifieri l-promozzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni tal-ambjent u/jew l-ekonomija ta’ enerġija skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament?
3)
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tinkludix limitazzjoni ratione temporis u lanqas riferiment għall-perijodu indikat fid-dikjarazzjoni ta’ eżenzjoni, b’tali mod li l-limitazzjoni għal għaxar snin tar-rimbors tat-taxxa fuq l-enerġija prevista fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament tirriżulta biss mid-dikjarazzjoni ta’ eżenzjoni?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas- 6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy