2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fis-6 ta’ Novembru 2014 – L-Unjoni Ewropea, li qed taġixxi permezz tal-Kummissjoni Ewropea vs Axa Belgium SA
(Kawża C-494/14)
(2015/C 034/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: L-Unjoni Ewropea, li qed taġixxi permezz tal-Kummissjoni Ewropea
Konvenuta: Axa Belgium SA
Domandi preliminari
1)
It-termini “terza persuna” previsti fl-Artikolu
2)
Fil-każ li għandhom jingħataw portata awtonoma, dawn it-termini għandhom jiġu interpretati fis-sens li jikkonċernaw kull persuna li tkun ikkawżat il-mewt, il-weġgħa b’inċident jew il-mard, jew inkella li jikkonċernaw biss il-persuna li nżammet responsabbli minħabba l-ħtija tagħha?
3)
Fil-każ fejn it-termini “terza persuna” għandhom jiġu interpretati skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jimponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li tilqa’ rikors surrogatorju ppreżentat mill-Unjoni Ewropea fil-każ fejn wieħed mill-membri tal-persunal tagħha kien vittma ta’ inċident tat-traffiku li fih hija involuta vettura li r-responsabbiltà tagħha ma ġietx stabbilita, sa fejn l-Artikolu 29a tal-Liġi tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà fil-qasam tal-vetturi bil-mutur, jipprevedi l-kumpens awtomatiku tal-utenti vulnerabbli min-naħa tal-assiguraturi li jkopru r-responsabbiltà tal-proprjetarju, tax-xufier jew tad-detentur tal-vetturi bil-mutur involuti fl-inċident, mingħajr il-ħtieġa li tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ dawn tal-aħħar?
4)
Il-kontenut jew l-istruttura tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal Ewropew jimplikaw li l-Unjoni Ewropea għandha tibqa’ definittivament responsabbli għall-ispejjeż sostnuti minnha skont l-Artikoli 73 u 78 ta’ dawn ir-Regolamenti?
Full & Egal Universal Law Academy