26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento (l-Italja) fis-6 ta’ Novembru 2014 – Antonio Tita et vs Ministero della Giustizia et
(Kawża C-495/14)
(2015/C 026/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Antonio Tita, Alessandra Carlin, Piero Constantini
Konvenuti: Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Segretario Generale del Tribunale Regionale di Giustizia Amministrativa di Trento (TRGA)
Domanda preliminari
Il-prinċipji stabbiliti mid-Direttivi 2007/66/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, u tal-Kunsill Nru 89/665/KEE (2) u Nru 92/13/KEE (3), fir-rigward tat-titjib fl-effikaċja ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana, bħal dik dwar il-kontribuzzjoni unifikata stabbilita mill-Artikoli 9, 13(6-bis) u (6-bis.1), u 14(3-ter) tad-decreto del presidente della Repubblica Nru 115, tat-30 ta’ Mejju 2002, (kif progressivament emendat mill-interventi leġiżlattivi sussegwenti), u mill-Artikolu 1(27) tal-Liġi Nru 228, tal-24 ta’ Diċembru 2012, li jistabbilixxu kontribuzzjonijiet unifikati għolja għall-aċċess għall-qrati amministrattivi kompetenti fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi?
(1) Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31).
(2) Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).
(3) Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, p. 14).
Full & Egal Universal Law Academy