2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (l-Italja) fis-7 ta’ Novembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Stefano Burzio
(Kawża C-497/14)
(2015/C 034/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Torino
Parti fil-kawża prinċipali
Stefano Burzio
Domanda preliminari
Fis-sens tal-Artikolu 4 [tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u tal-Artikolu 50 [tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], hija konformi mad-dritt Komunitarju, id-dispożizzjoni ta’ [l-Artikolu 10a tad-digriet leġizlattiv tal-10 ta’ Marzu 2000, Nru 74], safejn din tippermetti li jsir l-eżami tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuna li, għall-istess fatt (omissjoni [tal-]ħlas ta’ somom), tkun diġà ġiet issuġġettata għal sanzjoni amministrattiva irrevokabbli prevista f’[l-Artikolu 13(1) tad-digriet leġiżlattiv tat-18 ta’ Diċembru 1997, Nru 471] (b’applikazzjoni ta’ żieda)?
Full & Egal Universal Law Academy