26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fl-10 ta’ Novembru 2014 – VAD BVBA, Johannes Josephus Maria van Aert vs Belgische Staat
(Kawża C-499/14)
(2015/C 026/16)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VAD BVBA, Johannes Josephus Maria van Aert
Konvenut: Belgische Staat
Domandi preliminari
Merkanzija ppreżentata għall-bejgħ bl-imnut f’settijiet li hija ppreżentata f’ippakkjar separat fid-dwana għaliex dan huwa ġġustifikat, iżda li huwa ċar li hija tifforma ħaġa waħda u li hija intiża sabiex tiġi ppreżentata fil-kummerċ bl-imnut bħala ħaġa waħda, għandha tiġi kkunsidrata bħala merkanzija ppreżentata għall-bejgħ bl-imnut f’settijiet, kif indikat fir-Regola 3(b) tar-Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 (2), tal-20 ta’ Settembru 2007, anki fil-każ fejn din il-merkanzija hija ppakkjata flimkien wara d-dikjarazzjoni sabiex tiġi ppreżentata għall-bejgħ bl-imnut?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
(2) ĠU L 286, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy