9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (L-Italja) fl-10 ta’ Novembru 2014 – Ford Motor Company vs Wheeltrims srl
(Kawża C-500/14)
(2015/C 046/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ford Motor Company
Konvenuta: Wheeltrims srl
Domandi preliminari
1)
Huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju li l-Artikoli 14 tad-Direttiva 98/71 (1) u l-Artikolu 110 tar-Regolament Nru 6/2002 (2) jiġu applikati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jagħti lill-produtturi ta’ spare parts u aċċessorji d-dritt li jużaw trade mark irreġistrati ta’ terzi sabiex ix-xerrej finali jkun jista’ jirrestawra d-dehra oriġinali tal-prodott kumpless u, għalhekk, anki meta l-proprjetarju tad-dritt ta’ trade mark japplika s-sinjal distintiv inkwistjoni fuq l-ispare part jew fuq l-aċċessorju intiż sabiex jintrama fuq il-prodott kumpless, b’tali mod li jkun viżibbli esternament u għaldaqstant jikkontribwixxi għad-dehra esterna tal-prodott kumpless?
2)
Il-klawsola ta’ tiswija li tinsab fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 98/71 u fl-Artikolu 110 tar-Regolament Nru 6/2002 għandha tiġi interpretata fis-sens li jagħti dritt suġġettiv lil impriżi terzi produtturi ta’ spare parts u ta’ aċċessorji u jekk dan id-dritt suġġettiv jinkludix id-dritt ta’ dawn l-impriżi terzi li jużaw it-trade mark irreġistrata ta’ ħadd ieħor fuq l-ispare parts u fuq l-aċċessorji, b’deroga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/09 (3) u tad-Direttiva 89/104 (4) u, għaldaqstant, anki meta l-proprejtarju tat-trade mark japplika wkoll is-sinjal distintiv inkwistjoni fuq l-ispare part jew fuq l-aċċessroju intiż li jintrama fuq il-prodott kumpless, b’tali mod li jkun viżibbli esternament u għaldaqstant jikkontribwixxi għad-dehra esterna tal-prodott kumpless?
(1) Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali tad-disinji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 120).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
(4) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92)
Full & Egal Universal Law Academy