2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Bologna (l-Italja) fl-14 ta’ Novembru 2014 – Pebros Servizi srl vs Aston Martin Lagonda Limited
(Kawża C-511/14)
(2015/C 034/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Bologna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pebros Servizi srl
Konvenuta: Aston Martin Lagonda Limited
Domanda preliminari
Fil-każ ta’ sentenza fil-kontumaċja (fl-assenza ta’ parti) li permezz tagħha parti li ma dehritx/assenti kienet ġiet ikkundannata, mingħajr, madankollu, ebda rikonoxximent espress tad-dritt minn naħa ta’ din il-parti,
huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina jekk dan l-aġir proċedurali huwiex ekwivalenti għal nuqqas ta’ kontestazzjoni fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 (1), tal-21 ta’ April 2004, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-30 ta’ April 2004, li possibbilment jista’ jiċħad, skont id-dritt nazzjonali, in-natura mhux ikkontestata tat-talba,
jew
abbażi tad-dritt Ewropew, kundanna fil-kontumaċja/fl-assenza ta’ parti timplika, minn natura tagħha stess, nuqqas ta’ kontestazzjoni, b’mod li r-Regolament (KE) Nru 805/2004 japplika irrispettivament mill-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali?
(1) Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq ordni Ewropew ta’ infurzar għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).
Full & Egal Universal Law Academy