27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/25
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-687/13, Unibail vs UASI
(Kawża C-513/14 P)
(2015/C 138/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Unibail Management
Talbiet tal-appellant
—
tannulla s-sentenza kkontestata,
—
tiddeċiedi l-kawża skont it-tieni sentenza tal-ewell paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut, u
—
tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jinvoka aggravju wieħed insostenn tal-appell tiegħu. L-UASI fil-fatt jikkunsidra li l-Qorti Ġenerali kisret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1), tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trademark Komunitarja moqrija flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tal-istess regolament. Il-Qorti Ġenerali wettqet mhux biss interpretazzjoni żbaljata tal-portata tal-kunċett ta’ motivazzjoni globali, iżda wkoll interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tagħha stess. Fl-aħħar, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet tibdil tal-oneru tal-prova.
(1) ĠU L 78, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy