16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Novembru 2014 – Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-520/14)
(2015/C 056/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gemeente Borsele, Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
1)
Il-parti inizjali tal-Artikoli 2(1), l-Artikolu 2(1)(ċ) u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Komun għandu jiġi kklassifikat bħala persuna taxxabbli fis-sens ta’ din id-direttiva fir-rigward tat-trasport skolastiku, minħabba regolament komunali bħal dak deskritt fit-talba għal deċiżjoni preliminari?
2)
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni r-regolament komunali kollu jew għandha ssir evalwazzjoni separata għal kull servizz ta’ trasport ipprovdut?
3)
Fil-każ li kull evalwazzjoni għandha ssir separatament, għandha ssir dintinzjoni bejn it-trasport ta’ studenti fuq distanza ta’ bejn 6 u 20 kilometru u dak fuq distanza ta’ iktar minn 20 kilometru?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy