9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/23
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-525/14)
(2015/C 046/30)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u G. Wilms, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika Ċeka, billi ma rrikonoxxietx ċerti bolol ta’ garanzija Olandiżi, b’mod partikolari l-boll ta’ garanzija ta’ Waarborg Holland, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
1.
Minħabba fin-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ ċerti bolol ta’ garanzija Olandiżi, ir-Repubblika Ċeka qed tirrestrinġi l-moviment liberu ta’ metalli prezzjużi mbollati b’dawk il-bolol ta’ garanzija u ta’ oġġetti li huma prodotti minn dawn il-metalli.
2.
Minkejja li l-metall prezzjuż huwa mbollat minn sussidjarja tal-uffiċċju Olandiż tal-bolol ta’ garanzija fi Stat terz, tali prodotti għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħal merkanzija li toriġina fl-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li l-metalli prezzjużi huma mbollati b’bolol ta’ garanzija skont ir-regoli Olandiżi u huma definittivament f’ċirkulazzjoni libera.
3.
Ir-Repubblika Ċeka ma stabbilietx li l-limitazzjoni inkwistjoni tal-moviment liberu tal-merkanzija hija xierqa biex tiżgura li jintlaħaq l-għan tal-protezzjoni tal-konsumatur u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq.
Full & Egal Universal Law Academy