26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (Il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2014 – Ukamaka Mary Jecinta Oruche u Nzubechukwu Emmanuel Oruche vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-527/14)
(2015/C 026/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ukamaka Mary Jecinta Oruche, Nzubechukwu Emmanuel Oruche
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Partijiet oħra: Oberbürgermeister der Stadt Potsdam, Emeka Emmanuel Mary Oruche
Domanda preliminari
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ewwel dħul fit-territorju ta’ membru tal-familja ta’ sponsor għall-kundizzjoni li, qabel id-dħul, il-membru tal-familja jipproduċi prova li huwa jista’ jikkomunika faċilment bil-Ġermaniż?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.
Full & Egal Universal Law Academy