23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Novembru 2014 – YARA Brunsbüttel GmbH vs Hauptzollamt Itzehoe
(Kawża C-529/14)
(2015/C 065/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: YARA Brunsbüttel GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Itzehoe
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/96/KE (1) jipprekludi eżenzjoni mit-taxxa nazzjonali għal prodotti tal-enerġija użati għat-trattament termali tal-arja tal-egżost jew din id-direttiva ma tapplikax għal tali prodotti tal-enerġija skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96/KE peress li l-użu għat-trattament termali tal-arja tal-egżost huwa skop differenti minn dak tal-karburanti tal-karozzi jew tal-karburanti li jsaħħnu u dan għalhekk jikkostitwixxi użu doppju ta’ prodotti tal-enerġija fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?
2)
Eżenzjoni mit-taxxa, fejn xierqa, tista’ tingħata għal prodotti tal-enerġija użati għat-trattament termali tal-arja tal-egżost biss kemm-il darba, fil-proċess tat-trattament termali tal-arja tal-egżost, dawn il-prodotti jidħlu wkoll, bħala materjal mhux ipproċessat, bażiku jew awżiljarju, fil-kompożizzjoni ta’ prodott li jirriżulta minn dan it-trattament?
3)
Eżenzjoni mit-taxxa hija prekluża għal prodotti tal-enerġija użati għat-trattament termali tal-arja tal-egżost fil-każ li l-enerġija termali li toħroġ mit-trattament tal-arja tal-egżost tiġi wkoll parzjalment użata għal skopijiet ta’ tisħin u/jew ta’ tnixxif? Tali eżenzjoni hija wkoll prekluża, fejn xieraq, fil-każ li tkun meħtieġa inqas enerġija għat-tisħin u/jew għat-tnixxif mill-enerġija disponibbli fl-arja tal-egżost u li toħroġ mit-trattament termali tagħha?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).
Full & Egal Universal Law Academy