23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Novembru 2014 – Toorank Productions vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-533/14)
(2015/C 065/32)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Toorank Productions BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
1)
L-intestatura NM 2206 għandha tiġi interpretata fis-sens li għandha tiġi kklassifikata fiha x-xarba bl-isem “Ferm Fruit”, li tinkiseb permezz tal-fermentazzjoni ta’ konċentrat tat-tuffiegħ, li sservi wkoll bħala xarba ta’ bażi fil-manifattura ta’ xi xarbiet oħra, li għandha qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 16 % u għandha – bl-effett ta’ purifikazzjoni (b’mod partikolari permezz ta’ ultrafiltrazzjoni) – kulur, riħa u togħma newtrali, u li magħha ma jiġix miżjud alkoħol iddistillat? F’każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda, l-intestatura NM 2208 għandha tiġi interpretata fis-sens li tali xarba għandha tiġi kklassifikata fiha?
2)
L-intestatura NM 2206 għandha tiġi interpretata fis-sens li għandha tiġi kklassifikata fiha xarba li għandha qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 14 % li tiġi mmanifatturata billi x-xarba (ta’ bażi) msemmija fid-domanda 1 titħallat biz-zokkor, b’sustanza aromatika, b’sustanza koloranti, ħwawar, b’aġenti li jorbtu u bi priżervanti, u li ma fihiex alkoħol iddistillat? F’każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda, l-intestatura NM 2208 għandha tiġi interpretata fis-sens li tali xarba għandha tiġi kklassifikata fiha?
Full & Egal Universal Law Academy