2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Andrea Gaiti et
(Kawża C-534/14)
(2015/C 034/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bergamo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Andrea Gaiti, Sidi Amidou Billa, Joseph Arasomwan, Giuseppe Carissimi, Sahabou Songne
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti dwar konċessjonijiet għal perijodu inferjuri għal dawk mogħtija preċedentement?
2)
L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għal perijodu tal-konċessjonjiet suġġetti għal sejħa għal offerti li jkunu mnaqqsa meta mqabbla mal-perijodu tal-konċessjonijiet mogħtija fil-passat?
3)
L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ ċessjoni mingħajr ħlas tal-użu ta’ beni materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni tal-ġbir tal-logħob f’każ ta’ waqfien mill-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-konċessjoni jew minħabba deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?
Full & Egal Universal Law Academy