2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/15
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-538/14)
(2015/C 034/17)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Koskinen u D. Martin)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Finlandja, sa fejn ma nnominatx korp kompetenti sabiex iwettaq, fil-qasam tal-ħajja professjonali, l-inkarigi previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva ta-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (1), u sa fejn ma żguratx li dawn l-inkarigi fil-fatt jitwettqu, kisret l-obbligi imposti fuqha taħt l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/43/KE, il-ħajja professjonali taqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Skont l-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korp jew korpi inkarigati bil-promozzjoni tal-ugwaljanza fit-trattament tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika u li jiżguraw li tal-inqas wieħed minn dawn il-korpi nnominati jkollu l-kompetenza, fir-rigward tal-kwistjonijiet u l-inkarigi msemmija f’dan l-artikolu, li jaġixxi fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jirrigwardaw il-ħajja professjonali. Peress li d-dritt Finlandiż ma jaħtar ebda korp inkarigat bl-implementazzjoni tal-inkarigi previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/43/KE fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jirrigwardaw il-ħajja professjonali, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twetttaq l-obbligi tagħha imposti fuqha taħt l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 13 tal-istess direttiva.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23.
Full & Egal Universal Law Academy