16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-27 ta’ Novembru 2014 – SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un Ko”), SIA “Ausma grupa” u SIA “Pārtikas kompānija” vs Konkurences padome
(Kawża C-542/14)
(2015/C 056/08)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un Ko”), SIA “Ausma grupa” u SIA “Pārtikas kompānija”
Konvenut: Konkurences padome
Domanda preliminari
L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex jiġi ddikkjarat li impriża tkun ipparteċipat fi ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, għandu jiġi pprovat aġir personali ta’ diriġent tal-impriża jew tal-fatt li dan kien jaf dwar, jew ikkonsenta, għal aġir ta’ persuna li kienet tipprovdi servizzi esterni għall-impriża filwaqt li taġixxi f’isem parteċipanti oħra għall-eventwali akkordju?
Full & Egal Universal Law Academy