16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Diċembru 2014 – Finn Frogne A/S vs Rigspolitiet ved Center for Beredskabskommunikation
(Kawża C-549/14)
(2015/C 056/10)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finn Frogne A/S
Konvenut: Rigspolitiet ved Center for Beredskabskommunikation
Domanda preliminari
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE (1), tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], moqri flimkien mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Ġunju 2008, Pressetext Nachrichtenagentur (Kawża C-454/06, Ġabra p. 1-4401) u tat-13 ta’ April 2010, Wall (C-91/08, Ġabra p. 1-2815), għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim ta’ tranżazzjoni, li jinvolvi restrizzjonijiet u bidliet għas-servizzi pprovduti kif inizjalment miftiehma fil-kuntest ta’ kuntratt li kien diġà s-suġġett ta’ sejħa għal offerti, kif ukoll rinunzja reċiproka għall-eżerċizzju ta’ rimedji li jissanzjonaw l-ineżekuzzjoni b’mod li jiġi evitat tilwim ieħor, jikkostitwixxi kuntratt li huwa stess għandu jkun is-suġġett ta’ sejħa għal offerti fil-każ li l-eżekuzzjoni tal-kuntratt inizjali jiltaqa’ ma’ diffikultajiet?
(1) ĠU L 134, p. 114.
Full & Egal Universal Law Academy