9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/27
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2014 minn Canon Europa NV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-34/11, Canon Europa NV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-552/14 P)
(2015/C 046/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Canon Europa NV (rappreżentanti: P. De Baere, avukat, P. Muñiz, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannula fl-intier tiegħu d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-31/11;
—
tiddikjara l-appell ammissibbli;
—
tirrinvijja l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni fuq l-aggravji sostantivi tal-appell;
—
tikundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għal dawk sostnuti quddiem il-Qori Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell huwa bbażat fuq dawn iż-żewġ aggravji:
Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, meta kkonkludiet li r-Regolament “kien jinvolvi miżuri ta’ implimentazzjoni” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-appellanti għal smigħ, wettqet apprezzament legali żbaljat dwar in-natura tal-provi prodotti mill-appellanti, u alternattivament żnaturat tali provi.
Full & Egal Universal Law Academy