9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/27
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2014 minn Kyocera Mita Europe BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-35/11, Kyocera Mita Europe BV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-553/14 P)
(2015/C 046/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Kyocera Mita Europe BV (rappreżentanti: P. De Baere, P. Muñiz, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla, b’mod sħiħ, id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mogħti fil-Kawża T-35/11;
—
tiddikjara l-appell ammissibbli;
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni fuq l-aggravji sostantivi tal-appell;
—
tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż ta’ din il-kawża u ta’ dik quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq żewġ aggravji:
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, meta kkonkludiet li r-Regolament “jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni” skont dik id-dispożizzjoni.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt ta’ smigħ tal-appellanti, wettqet żball fil-karatterizzazzjoni legali tal-provi ppreżentati mill-appellanti, u alternattivament, żnaturat dawn il-provi.
Full & Egal Universal Law Academy