9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2014 – Mimoun Khachab vs Delegación de Gobierno en Álava
(Kawża C-558/14)
(2015/C 046/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mimoun Khachab
Konvenuta: Delegación de Gobierno en Álava
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (1), tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti ċ-ċaħda tar-riunifikazzjoni tal-familja minħabba li l-isponsor ma għandux riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu u l-membri tal-familja tiegħu fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni prospettiva, li titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali, dwar il-probabbiltà li l-isponsor iżomm il-mezzi finanzjarji tiegħu matul is-sena ta’ wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni u fuq il-bażi tal-iżvilupp tad-dħul tiegħu matul is-sitt xhur ta’ qabel l-imsemmija preżentazzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.
Full & Egal Universal Law Academy