16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-5 ta’ Diċembru 2014 – Rūdolfs Meroni vs Recoletos Limited
(Kawża C-559/14)
(2015/C 089/02)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rūdolfs Meroni
Konvenuta: Recoletos Limited
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 34(1) tar-Regolament Brussell I għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija minn qorti barranija, il-ksur tad-drittijiet ta’ persuni li ma humiex involuti fil-kawża prinċipali jista’ jkun raġuni għall-implementazzjoni tal-klawżola ta’ ordni pubbliku prevista fl-imsemmi Artikolu 34(1) u għar-rifjut ta’ rikonoxximent ta’ din id-deċiżjoni barranija sa fejn din taffettwa lil dawn il-persuni li ma humiex involuti fil-kawża prinċipali?
2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1, l-Artikolu 47 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipji ta’ ekwità fil-qasam ġudizzjarju stabbiliti fih jippermettu, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-miżuri kawtelatorji f’tilwima, li d-drittijiet ta’ proprjetà ta’ persuni li ma humiex involuti bħala partijiet fl-imsemmija tilwima jiġu limitati, anki jekk huwa previst li kull persuna li tkun affettwata minn deċiżjoni dwar miżuri kawtelatorji għandha d-dritt li f’kull mument tindirizza lill-qorti kkonċernata sabiex titlob li d-deċiżjoni tiġi emendata jew annullata, u li tħalli lir-rikorrenti l-kompitu li jinnotifikaw din id-deċiżjoni lill-persuni kkonċernati?
Full & Egal Universal Law Academy