23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2014 – Sandra Bitter, avukat, bħala mandatarja stralċjarja ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-580/14)
(2015/C 096/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sandra Bitter, avukat, bħala stralċjarja ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domanda preliminari
Ir-regola li tinsab fit-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87 (1), li tipprovdi li għal kull tunnellata metrika ta’ dijossidu tal-karbonju mitfugħa li għaliha l-operatur jew operatur ta’ ajruplan ma jkunx ċeda kwoti, il-multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet għandha tkun ta’ EUR 100, hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ proporzjonalità?
(1) Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.
Full & Egal Universal Law Academy