30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – Vasile Budișan vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj
(Kawża C-586/14)
(2015/C 107/21)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vasile Budișan
Konvenuta: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj
Domandi preliminari
1)
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li ma tapplikax għar-reġistrazzjoni waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq il-vetturi nazzjonali li fir-rigward tagħhom tali taxxa jew taxxa simili diġà tħallset, fil-kundizzjonijiet fejn il-valur ta’ din it-taxxa residwali inkorporata fil-valur tal-vetturi li jinsabu fis-suq intern hija inferjuri għat-taxxa l-ġdida?
2)
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tas-suġġett tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jitqies li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru tal-Unjoni milli jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu applikabbli fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi li ġejjin minn Stat tal-Unjoni ieħor, taxxa li, fil-każijiet tal-vetturi nazzjonali, hija dovuta biss waqt it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq tali vettura, bil-konsegwenza li vettura barranija ma tistax tintuża mingħajr ħlas tat-taxxa, filwaqt li vettura nazzjonali tista’ tintuża b’mod illimitat ratione temporis mingħajr ħlas tat-taxxa, sal-mument tat-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq l-imsemmija vettura, segwit bir-reġistrazzjoni tal-proprjetarju l-ġdid, jekk tali trasferiment iseħħ?
Full & Egal Universal Law Academy