2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/15
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-589/14)
(2015/C 073/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li, billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet skont liema,
—
fil-qasam tal-interessi relatati ma’ djun mhux irrappreżentati minn titoli, kumpannija ta’ investiment stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE hija suġġetta għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn fuq dawn l-interessi filwaqt li kumpannija ta’ investiment stabbilita fil-Belġju tibbenefika minn eżenzjoni fuq din it-taxxa, u
—
fil-qasam tal-interessi relatati ma’ djun irrappreżentati minn titoli ta’ oriġini Belġjana, dawn l-interessi huma suġġetti għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE filwaqt li dawn l-interessi huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fil-Belġju,
ir-Renju Unit tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 36 u 40 tal- Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li diversi dispożizzjonijiet tad-Digriet Irjali ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi dwar it-taxxa fuq id-dħul Belġjan 1992, jissuġġetta possibbli eżenzjonijiet mill-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn applikabbli għall-interessi għal kundizzjonijiet li ma humiex kompatibbli mal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati, jiġifieri l-Artikoli 56 u 63 TFUE.
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-interessi relatati ma’ djun mhux irrappreżentati minn titoli, kumpannija ta’ investiment stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE hija suġġetta għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn fuq dawn l-interessi, filwaqt li kumpannija ta’ investiment stabbilita fil-Belġju tibbenefika minn eżenzjoni fuq din it-taxxa.
Fit-tieni lok, fil-qasam tal-interessi relatati ma’ djun irrappreżentati minn titoli ta’ oriġini Belġjana, dawn l-interessi huma suġġetti għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE filwaqt li dawn l-interessi huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fil-Belġju.
Full & Egal Universal Law Academy