2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/16
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-591/14)
(2015/C 073/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u B. Stromsky, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma ħax, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra mill-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tal-Artikolu 1(3) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/678/UE, tas-27 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini implimentata mill-Belġju (1), u billi ma informax lill-Kummissjoni, fit-terminu previst, bil-miżuri meħuda sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u taħt l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-imsemmija deċiżjoni.
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tad-Deċiżjoni 2011/678 tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini implimentata mill-Belġju, il-Kummissjoni ddikjarata li l-għajnuna mill-Istat mogħija mill-Belġju hija illegali u inkompatibbli mas-suq komuni.
It-terminu previst fid-deċiżjoni għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali skada fit-28 ta’ Novembru 2011 mingħajr ma kien hemm irkupru totali ta’ din l-għajnuna.
Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut għadu ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jirkupra l-għajnuna mogħtija lill-impriżi benefiċjarji, u lanqas ma bagħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha mitluba.
(1) ĠU L 274, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy