9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (Ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Diċembru 2014 – European Federation for Cosmetic Ingredients vs Secretary of State for Business, Innovation and Skills
(Kawża C-592/14)
(2015/C 081/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England and Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: European Federation for Cosmetic Ingredients
Konvenuti: Secretary of State for Business, Innovation and Skills; Attorney General
Intervenjenti: British Union for the Abolition of Vivisection, European Coalition to End Animal Experiments
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 18(l)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi (1) għandhu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq Komunitarju ta’ prodotti kożmetiċi li jkun fihom ingredjenti, jew għaqda ta’ ingredjenti, li kienu s-suġġett ta’ ttestjar fuq annimali, ladarba dan l-ittestjar kien twettaq barra mill-Unjoni Ewropea sabiex jissodisfa r-rekwiżiti leġiżlattivi jew regolamentari ta’ pajjiżi terzi, bl-intenzjoni li dawn il-prodotti kożmetiċi li fihom dawn l-ingredjenti jiġu kkummerċjalizzati f’dawn il-pajjiżi?
2)
Ir-risposta għall-ewwel domanda tiddependi fuq:
a)
jekk l-evalwazzjoni tas-sigurtà mwettqa skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament sabiex jintwera li l-prodott kożmetiku huwa sigur għas-saħħa tal-bniedem qabel ma dan isir disponibbli fis-suq Komunitarju tkunx tinvolvi l-użu ta’ data li tirriżulta mill-ittestjar fuq annimali mwettaq barra l-Unjoni Ewropea;
b)
jekk ir-rekwiżiti leġiżlattivi jew regolamentari tal-pajjiżi terzi li għalihom l-ittestjar tal-annimali twettaq jirrigwardawx is-sigurtà tal-prodotti kożmetiċi;
c)
jekk kienx raġonevolment prevedibbli, fiż-żmien li ingredjent kien suġġett għall-ittestjar tal-annimali barra mill-Unjoni Ewropea, li kull persuna tista’ tipprova, f’mument speċifiku, tqiegħed fis-suq Komunitarju prodott kożmetiku li jkun fih dan l-ingredjent; u/jew
d)
kwalunkwe fattur ieħor, u jekk iva, liema fattur?
(1) ĠU L 342, p. 9.
Full & Egal Universal Law Academy