16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/5
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-543/12, Grau Ferrer vs UASI – Rubio Ferrer (Bugui Va)
(Kawża C-597/14 P)
(2015/C 089/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Xavier Grau Ferrer, Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer
Talbiet
—
tannulla s-sentenza appellata
—
tagħti deċiżjoni ġdida fuq il-mertu tal-kawża billi tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata, jew tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali
—
tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 76(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni (2) billi kkunsidrathom applikabbli għal dan il-każ fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati.
2.
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 76(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni meta bbażat ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tal-portata tas-setgħa diskrezzjonali li tirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet. B’mod partikolari, meta qieset li l-Bord tal-Appell għandu din is-setgħa irrispettivament minn jekk id-dokumenti prodotti għall-ewwel darba quddiemu humiex addizzjonali jew le. Il-kwistjoni ta’ jekk is-setgħa diskrezzjonali rrikonoxxuta lill-Bordijiet mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u mit-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni teżistix f’kull każ, jiġifieri, anki meta d-dokumenti prodotti tard quddiem il-Bord huma ġodda, hija punt ta’ liġi li għandu jiġi ċċarat mill-Qorti tal-Ġustizzja.
3.
Il-Qorti Ġenerali applikat ħażin l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja meta ddeċidiet li t-trade mark Komunitarja preċedenti ntużat f’forma b’elementi differenti li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark kif hija rreġistrata.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), fil-verrżjoni tiegħu kif emendat [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)].
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).
Full & Egal Universal Law Academy