15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/25
Talba għal opinjoni mressqa mir-Repubblika ta’ Malta skont l-Artikolu 218(11) TFUE
(Opinjoni 1/14)
2014/C 315/37
Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha
Parti li qiegħda tressaq it-talba
Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: A. Buhagiar, P. Grech, aġenti)
Domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja
L-Abbozz ta’ Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ġlieda kontra l-manipulazzjoni ta’ kompetizzjonijiet sportivi, sa fejn jirregola l-imħatri fuq l-isports u jiddefinixxi l-“imħatri illegali fuq l-isports” fl-Artikolu 3(5)(a) bħala “kull attività ta’ mħatri fuq l-isports li t-tip jew l-operatur tagħha ma hijiex permessa taħt id-dritt applikabbli tal-ġurisdizzjoni fejn ikun jinsab il-konsumatur”, flimkien mal-Artikoli 9 u 11 ta’ dan l-abbozz, li jindirizzaw l-“imħatri illegali fuq l-isports”, kif iddefiniti, huwa kompatibbli mat-Trattati, b’mod partikolari mal-Artikoli 18, 49 u 56 TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy