15.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 448/38
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 – DH vs Il-Paralament
(Kawża F-4/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjal bi prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rapport dwar il-perijodu ta’ prova li jistabbilixxi l-inkompetenza manifesta tal-uffiċjal bi prova - Estensjoni tat-tul tal-perijodu ta’ prova - Assenjazzjoni ġdida - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Kundizzjonijiet ta’ żvolġiment tal-perijodu ta’ prova - Inkompetenza professjonali - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba))
(2014/C 448/47)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: DH (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitkeċċa fi tmiem il-perijodu ta’ prova.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 61, 01.03.2014, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy