29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/42
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Mejju 2015 – Dupré vs SEAE
(Kawża F-11/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Membru tal-persunal temporanju - Artikolu 98 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 2(e) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Kuntratt ta’ reklutaġġ - Klassifikazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Pożizzjoni tal-grad AD 5 miftuħ għall-persunal tas-servizzi diplomatiċi nazzjonali u għall-uffiċjali tal-gradi AD 5 sa AD 14 - Prinċipju ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-pożizzjoni - Sentenza fil-kontumaċja))
(2015/C 213/69)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bruno Dupré (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tal-kuntratt tar-rikorrent sa fejn dan jikklassifikah fil-grad AD5 u talba għal kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 102, 07.04.2014, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy