24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/53
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – De Bruin vs Il-Parlament
(Kawża F-15/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjal bi prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rapport dwar il-perijodu ta’ prova li jistabbilixxi l-inkapaċità tal-uffiċjal bi prova - Estensjoni tal-perijodu ta’ prova - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Raġunijiet għat-tkeċċija - Rendiment - Ħeffa fl-eżekuzzjoni tas-servizz - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Irregolaritajiet fil-proċedura - Terminu impost fuq il-kumitat tar-rapporti sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu))
2014/C 421/74
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Evert Anton De Bruin (Lent, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tirrexindi l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ prova tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
E.A. De Bruin għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 184, 16.06.2014, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy