3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Barnett vs KESE
(Kawża F-20/14) (1)
((Servizz pubbliku - Pensjoni - Pensjoni tal-irtirar - Irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Eċċezzjoni ta’ illegalità tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni - Interess tas-servizz - Definizzjoni - Assenza - Tul tal-attività professjonali tal-applikant - Teħid inkunsiderazzjoni tal-karriera professjonali kollha kemm fi ħdan kif ukoll barra mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni - Legalità))
(2015/C 363/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Inge Barnett (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment N. Nikolajsen, avukat, sussegwentement S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, L. Camarena Januzec u K. Gambino, aġenti, M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni, skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tal-11 ta’ Lulju 2013, li tistabbilixxi l-lista tal-benefiċjarji, għas-sena 2013, tal-miżura prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din tirrifjuta li tagħti lil I. Barnett il-benefiċċju tal-imsemmija miżura, hija annullata.
2)
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn I. Barnett.
(1) ĠU C 175, 10/6/2014. P. 55.
Full & Egal Universal Law Academy