11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/42
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 – CN vs Il-Parlament
(Kawża F-26/14) (1)
((Servizz pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Talba għal assistenza - Fastidju psikoloġiku))
(2015/C 155/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CN (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u S. Alves, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti li tirrigwarda fastidju psikoloġiku.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad impliċitament it-talba għal assistenza ta’ CN tat-13 ta’ Frar 2013 hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiċħad l-ilment ta’ CN tas-26 ta’ Awwissu 2013, hija annullata.
3)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CN is-somma ta’ EUR 48 785,29.
4)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn CN.
(1) ĠU C 175, 10.06.2014, p. 56
Full & Egal Universal Law Academy