4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/45
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 – DK vs SEAE
(Kawża F-27/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Uffiċjal - Proċedura dixxiplinari - Tneħħija mill-pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni - Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċeduri kriminali pendenti - Identiċità tal-fatti ppreżentati lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-qorti kriminali))
(2015/C 146/60)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DK (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha r-rikorrent tneħħa mill-pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni, b’effett mill-1 ta’ Frar 2014, fi tmiem proċedura dixxiplinari mibdija wara li r-rikorrent ġie akkużat mill-awtoritajiet nazzjonali bi frodi fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi Ewropej, falsifikazzjoni ta’ dokumenti u użu ta’ dokumenti ffalsifikati, ħasil tal-flus u korruzzjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna neħħa lil DK mill-pożizzjoni tiegħu mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni hija annullata.
2)
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha sostnuti minn DK.
(1) ĠU C 184, 16.06.2014, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy