19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/38
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 – De Loecker vs SEAE
(Kawża F-28/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-SEAE - Membru tal-persunal temporanju - Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Trasferiment lejn is-sede tal-SEAE - Rexissjoni bikrija ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ - Preavviż - Motivazzjoni tad-deċiżjoni - Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ))
(2015/C 346/42)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Stéphane De Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea li jirrexxindu l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent, li jirrifjutaw li jisimgħuh għal fatti ta’ fastidju psikoloġiku, li jiċħdu t-talba tiegħu li jiġi maħtur investigatur estern u li l-ilment tiegħu jiġi rreġistrat bħala talba.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
S. De Loecker għandu jbatu l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat jbati l-ispejjeż kollha tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
(1) ĠU C 184, 16.6.2014, p. 44.
Full & Egal Universal Law Academy