2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/48
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Colart et vs Il-Parlament
(Kawża F-31/14) (1)
((Servizz pubbliku - Rappreżentanza tal-persunal - Kumitat tal-Persunal - Elezzjonijiet għall-Kumitat tal-Persunal - Leġiżlazzjoni relatata mar-rappreżentanza tal-persunal fil-Parlament Ewropew - Kompetenza tal-bord tal-iskrutinaturi - Proċedura ta’ lment quddiem il-bord tal-iskrutinaturi - Pubblikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjonijiet - Ilment imressaq quddiem il-bord tal-iskrutinaturi - Artikolu 9092) tar-Regolamenti tal-Persunal - Nuqqas ta’ lment li għandu jitressaq qabel quddiem l-Awtorità tal-Ħatra - Kawża mressqa direttament quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Inammissibbiltà))
(2015/C 034/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Philippe Colart (Bastogne, il-Belġju) et (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u S. Alves, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament Ewropew li seħħew fil-ħarifa tal-2013 u li r-riżultati tagħhom ġew ippubblikati fit-28 ta’ Novembru 2013.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
P. Colart u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa anness għandhom ibatu nofs l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
3)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat iħallas nofs l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
(1) ĠU C 184, 16.6.2014, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy