26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 – DO vs ESMA
(Kawża F-32/14) (1)
((Servizz Pubbliku - Persunal tal-ESMA - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Rapport ta’ evalwazzjoni - Redazzjoni tardiva tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Inkoerenza tal-evalwazzjonijiet ġenerali u speċifiċi))
(2015/C 171/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DO (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (rappreżentanti: R. Vasileva, aġent, u D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti b’riżultat ta’ rapport ta’ evalwazzjoni sfavorevoli, għall-annullament ta’ dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni u għal kumpens għad-dannu mġarrab
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DO għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.
(1) ĠU C 184, 16.06.2014, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy