Kawża F-34/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2015 – DP vs ACER (Servizz pubbliku — Uffiċjali tal-ACER — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà ta’ rikors — Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 6(2) tad-DĠE tal-ACER dwar l-Artikolu 85(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Rikors għad-danni — Preavviż — Dannu morali — Kumpens)
C2702015MT4310120150708MT0057431431
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2015 – DP vs ACER
(Kawża F-34/14) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Uffiċjali tal-ACER — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà ta’ rikors — Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 6(2) tad-DĠE tal-ACER dwar l-Artikolu 85(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Rikors għad-danni — Preavviż — Dannu morali — Kumpens)”2015/C 270/57Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: DP (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u S. Vaona, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt u talba għad-danni subiti.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2013 li permezz tagħha d-Direttur tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija rrifjuta li jġedded il-kuntratt ta’ DP hija annullata.
2)
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija hija kkundannata tħallas lil DP is-somma ta’ EUR 7000.
3)
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija hija kkundannata tħallas l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk ta’ DP.
( 1 ) ĠU C 184, 16.06.2014, p. 46.
Full & Egal Universal Law Academy