29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/43
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Mejju 2015 – Bischoff vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/14) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Irtirar ex officio - Artikolu 23(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Età tal-irtirar - Rifjut li jiġi estiż il-perijodu ta’ attività - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal - Interess tas-servizz”))
(2015/C 213/70)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Hartwig Bischoff (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li, minn naħa, jiċħdu t-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, jikkonfermaw l-irtirar ex officio ta’ dan tal-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
H. Bischoff għandu jbati l-ispejjeż kollha tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 292, 01.09.2014, p. 60.
Full & Egal Universal Law Academy