16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/63
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Ottubru 2015 – FT vs ESMA
(Kawża F-39/14) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Kontabilist - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Awtorità kompetenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Oneru tal-prova - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment))
(2015/C 381/88)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FT (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (rappreżentanti: inizjalment R. Vasileva Hoff, aġent, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati, sussegwentement R. Vasileva Hoff u A. Lorenzet, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġġeddidx u għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
FT għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.
(1) ĠU C 421, 24.11.2014, p. 58.
Full & Egal Universal Law Academy