11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/43
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2014 – CW vs Il-Parlament
(Kawża F-41/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni li tagħti punt ta’ mertu))
(2015/C 155/63)
Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CW (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u J. Steele, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2012 u tad-deċiżjoni li tingħata biss punt ta’ mertu wieħed.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CW għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 235, 21.07.2014, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy