19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2014 – EH vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-42/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjal - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Regola kontra l-kumulu tal-allowances nazzjonali u statutorji - Ġbir mill-konjuġi tal-uffiċjal ta’ allowances tal-familja nazzjonali - Assenza ta’ dikjarazzjoni tal-uffiċjal tal-bidla tas-sitwazzjoni personali tiegħu lill-amministrazzjoni tiegħu - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Inżul fl-iskala - Proporzjonalità - Motivazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti - Nuqqas ta’ diliġenza tal-amministrazzjoni))
(2015/C 016/73)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: EH (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta:Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent jiġi ssanzjonat billi jitniżżel bi tliet skali minħabba ksur tar-regoli kontra l-kumulu tal-allowances tal-familja nazzjonali u dawk li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 212, 07.07.2014, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy